This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016A025
Consolidated version of the Treaty establishing the European Atomic Energy Community#TITLE II - PROVISIONS FOR THE ENCOURAGEMENT OF PROGRESS IN THE FIELD OF NUCLEAR ENERGY#CHAPTER 2 - Dissemination of information#Section 3 - Security provisions#Article 25
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 2 - Disseminazzjoni ta' l-informazzjoni
Sezzjoni 3 - Disposizzjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà
Artikolu 25
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 2 - Disseminazzjoni ta' l-informazzjoni
Sezzjoni 3 - Disposizzjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà
Artikolu 25
ĠU C 203, 7.6.2016, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_25/oj
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/16 |
Artikolu 25
1. Stat Membru li jikkomunika l-eżistenza jew il-kontenut ta' applikazzjoni għall-patenti jew għall-kampjun irreġistrat li jkollu x'jaqsam mas-suġġett li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(1) jew (2), għandu, fejn xieraq, jiddikjara l-ħtieġa, għar-raġunijiet ta' difiża, li tkun applikata għal dik l-applikazzjoni l-gradazzjoni ta' sigurtà indikata minn dak l-Istat u għandu jsemmi kemm probabbilment iddum dik il-gradazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lill-Istati Membri l-oħra l-komunikazzjonijiet kollha li tkun irċeviet fl-implementazzjoni tas-sub-paragrafu preċedenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom josservaw il-miżuri li jsiru meħtieġa, permezz tar-regolamenti ta' sigurtà, bil-gradazzjoni li l-Istat tal-oriġini jkun impona.
2. Il-Kummissjoni tista' wkoll tittrasmetti dawn il-komunikazzonijiet lill-Intrapriżi Konġunti jew, permezz ta' Stat Membru bħala ntermedjarju, lill-persuna jew intrapriża, barra minn Intrapriża Konġunta, li topera fit-territorji ta' dak l-Istat.
L-Invenzjonijiet li huma suġġetti għall-applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 jistgħu biss jintużaw bil-kunsens ta' l-applikant jew bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 17 sa 23 inklużivament.
Il-komunikazzjonijiet u, fejn xieraq, l-użu li hemm referenza għalihom f'dan il-paragrafu għandhom ikunu rregolati bil-miżuri li jsiru meħtieġa, permezz tar-regolament tas-sigurtà, bil-gradazzjoni li l-Istat tal-oriġini jkun impona.
Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom fil-każijiet kollha jkunu suġġetti għall-kunsens ta' l-Istat li joriġina. Dan ta' l-aħħar ma jistax jiċħad il-kunsens tiegħu għall-komunikazzjonijiet u l-użu ħlief għar-raġunijiet ta' difiża.
3. Fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot unanimu, jista' fi kwalunkwe ħin japplika gradazzjoni differenti ta' sigurtà jew ineħħi l-klassifikazzjoni. Il-Kunsill għandu, qabel ma jieħu deċiżjoni fuq talba minn Stat Membru, jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni.