Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0400

    Kawża C-400/22, Conny: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – VT, UR vs Conny GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 8(2) – Rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali – Kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ mezz elettroniku – Obbligi ta’ informazzjoni imposti fuq il-kummerċjant – Ordni li jimplika obbligu ta’ pagament – Ordni mwettaq bl-attivazzjoni ta’ buttuna jew ta’ funzjoni simili fuq sit internet – Obbligu għall-kummerċjant li jwaħħal fuq din il-buttuna jew din il-funzjoni simili l-kliem ordni b’obbligu ta pagament’ jew formula analoga – Obbligu ta’ pagament kundizzjonali)

    ĠU C, C/2024/4290, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4290/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4290/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4290

    15.7.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – VT, UR vs Conny GmbH

    (Kawża C-400/22  (1) , Conny)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 8(2) - Rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali - Kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ mezz elettroniku - Obbligi ta’ informazzjoni imposti fuq il-kummerċjant - Ordni li jimplika obbligu ta’ pagament - Ordni mwettaq bl-attivazzjoni ta’ buttuna jew ta’ funzjoni simili fuq sit internet - Obbligu għall-kummerċjant li jwaħħal fuq din il-buttuna jew din il-funzjoni simili l-kliem ‘ordni b’obbligu ta’ pagament’ jew formula analoga - Obbligu ta’ pagament kundizzjonali)

    (C/2024/4290)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VT, UR

    Konvenut: Conny GmbH

    Dispożittiv

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ siti internet, l-obbligu impost fuq il-kummerċjant li jiżgura li l-konsumatur, meta jagħmel l-ordni tiegħu, jaċċetta espliċitament obbligu li jħallas, japplika l-istess meta l-konsumatur huwa obbligat iħallas lil dan il-kummerċjant il-korrispettiv bi ħlas biss wara li tiġi ssodisfatta kundizzjoni sussegwenti.


    (1)   ĠU C 408, 24.10.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4290/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top