Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għandu 329 membru li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. Huma jiltaqgħu f’sessjoni plenarja
fi Brussell bejn 5 u 6 darbiet fis-sena biex jiddiskutu l-prijoritajiet politiċi u jadottaw
opinjonijiet
dwar il-leġislazzjoni tal-UE.
Il-membri jridu jkunu eletti b’mod demokratiku u/jew ikollhom mandat politiku f’pajjiżhom.
Kull gvern nazzjonali jipproponi r-rappreżentanti reġjonali u lokali tiegħu
(membri u sostituti) – delegazzjonijiet nazzjonali – li jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kunsill tal-UE.
F’April 2019, il-Bureau adotta
strateġija bil-għan li l-parteċipazzjoni tal-membri tal-KtR jkollha bilanċ bejn il-ġeneri.
Il-membri ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni mill-KtR. Madankollu, fil-kuntest tal-laqgħat tal-KtR jew missjonijiet debitament approvati, il-membri jiġu rimborżati għall-ispiża reali tal-biljetti tat-trasport tagħhom u jirċievu indennizzi biex ikopru l-ispejjeż kollha tagħhom matul il-vjaġġ u fil-post tal-laqgħa. Aktar informazzjoni tinstab
hawn .
CoR members are grouped according to their political affiliation – EPP, PES, Renew Europe, ECR, EA, The Greens – and areas of interest – commissions.
Għal aktar informazzjoni, agħti ħarsa lejn il-Portal tal-Membri, il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-KtR, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR u l-Gwida.
In-Network tal-Eks Membri jlaqqa’ flimkien l-eks membri u s-sostituti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, u joffrilhom il-possibbiltà li jkomplu jsegwu l-ħidma u l-attivitajiet politiċi tal-KtR. Dan huwa miftuħ ukoll għal individwi u ħbieb oħrajn tal-KtR li jixtiequ li l-esperjenza tagħhom tkun ta’ siwi għall-KtR u l-Ewropa.