Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ilu sa mill-Opinjoni tal-2013 dwar “Il-Valutazzjoni tal-Impatti Territorjali”, juża l-valutazzjoni tal-impatt territorjali biex janalizza l-impatti territorjali asimmetriċi potenzjali tal-politika u l-proposti leġiżlattivi tal-UE.

L-Istrateġija Mġedda għal Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali tal-2023 tiffoka fuq żewġ objettivi:

· li tipprovdi analiżi u informazzjoni rilevanti lir-relaturi tal-KtR li jistgħu jintużaw sabiex tittejjeb il-perspettiva territorjali tal-Opinjonijiet tal-KtR;

· li tippromovi l-valutazzjoni tal-impatt territorjali fost l-istituzzjonijiet Ewropej bħala element importanti ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.

L-attivitajiet tal-KtR b’rabta mal-valutazzjoni tal-impatt territorjali huma ġestiti mis-segretarjat tal-COTER bil-kooperazzjoni mill-qrib tas-segretarjati ta' kummissjonijiet oħrajn.​

Dokumenti

Kuntatt

Ikkondividi :
 
Back to top