Francesco Buhagiar
Kariga: | Prim Ministru ta' Malta |
Perjodu fil-Kariga: | 1923-1924 |
PM Predeċessur: | Joseph Howard |
PM Suċċessur: | Ugo Pasquale Mifsud |
Data tat-Twelid: | 7 ta' Settembru 1876 |
Post tat-Twelid: | Qrendi |
Data talt-Mewt: | 27 ta' Ġunju 1934 |
Post tal-Mewt: | Rabat |
Partit Politiku: | Unione Politica Maltese |
Francesco Buhagiar (Qrendi, 7 ta' Settembru 1876 – Rabat, 27 ta' Ġunju 1934), iben Michele Buhagiar u Filomena mwielda Mifsud,[1] kien it-tieni Prim Ministru ta' Malta fejn serva bejn l-1923 u l-1924. Buhagiar ħa l-lawrja ta' Avukat mill-Università Rjali ta' Malta fl-1901. Kien membru tal-Unione Politica Maltese (Partit ta' Panzavecchia) u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awwissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Iċ-ċajta fis-snin għoxrin kienet li dan ħares fil-mera u lix-xbiha ta’ quddiemu qalilha “minn għada, int Imħallef”! Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju 1934.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Dr Francesco Buhagiar LLD, Prime Minister of Malta (1876-1934), maltagenealogy.com
Predeċessur Joseph Howard |
Prim Ministru 1923-1924 |
Suċċessur |