Iċ-ċelebrazzjoni tat-30 anniversarju tal-Kumitat tar-Reġjuni 

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa l-assemblea tal-mexxejja eletti fil-livell lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat jirrappreżenta liż-żoni territorjali, ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea. Id-9 u l-10 ta’ Marzu 2024 mmarkaw it-30 anniversarju tal-ewwel sessjoni plenarja indirizzata minn Jacques Delors, li dak iż-żmien kien il-President tal-Kummissjoni Ewropea u li għalih huwa msemmi l-bini tal-kwartieri ġenerali tagħna.

Taqsimiet
Vasco Alves Cordeiro, President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni 
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jagħlaq 30 sena u din hija opportunità biex niċċelebraw il-kisbiet tagħna, iżda wkoll biex inħarsu lejn il-futur. Wasal iż-żmien li l-assemblea li tirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollha post imsaħħaħ fl-arkitettura istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea. Peress li huwa l-leħen ta’ aktar minn miljun rappreżentant elett lokalment u reġjonalment, il-Kumitat huwa essenzjali biex tiżdied il-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea u biex l-Unjoni titqarreb lejn il-popli u t-territorji tagħha.

Leħen ir-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti fl-UE

Sa mill-bidu nett, il-Kumitat kien assemblea politika intiża biex issawwar il-politiki tal-UE. Matul is-snin sar promotur tal-governanza f’diversi livelli u ngħata rwol formali biex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu u jiġu applikati kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini u fl-aktar livell adatt. Issa huwa l-leħen ta’ aktar minn miljun politiku eletti fil-livell lokali u reġjonali fl-Ewropa, parti min-nisġa demokratika tal-UE.

F’Mons jitfakkru l-istadji importanti u tingħata ħarsa lejn il-futur

It-30 anniversarju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ġie ċċelebrat formalment f’Mons, matul l-10 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet fit-18 u d-19 ta’ Marzu 2024.

Permezz tal-perspettiva globali tiegħu u diskussjoni tal-ogħla livell dwar l-isfidi attwali, mill-appoġġ għar-reġjuni u l-bliet Ukreni sal-indirizzar tat-tibdil fil-klima, is-Summit wera x’progress għamel il-Kumitat matul dawn l-aħħar tliet deċennji. Is-Summit, li ġie kkoorganizzat mar-Reġjun ta’ Wallonia u ospitat f’Mons, żewġ postijiet li ġew ittrasformati mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE, fl-istess ħin wera kif il-ħidma politika tal-Kumitat għadha msejsa fil-livell lokali. Id-Dikjarazzjoni tas-Summit tistabbilixxi l-viżjoni tar-reġjuni u l-bliet għall-futur tal-Ewropa, eżatt qabel ma l-mexxejja tal-UE jistabbilixxu l-aġenda strateġika għall-Unjoni għall-ħames snin li ġejjin.

Is-sessjonijiet tas-Summit jistgħu jiġu segwiti online permezz tas-servizz tal-webstreaming tagħna.

Wara 8 xhur ta’ avvenimenti u attivitajiet, ir-rakkomandazzjonijiet għall-mandat li jmiss tal-Kumitat ser jiġu adottati f’Novembru 2024.

Materjal awdjoviżiv li jkopri 30 sena ta’ tiswir tal-politiki u l-liġijiet tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea tospita l-arkivju awdjoviżiv interistituzzjonali, li jinkludi aktar minn 2 000 ritratt u 600 filmat tal-ħidma tal-Kumitat matul is-snin.

Multimedia

Jacques Delors, President of the European Commission, addressing the constitutive Plenary Session of the European Committee of the Regions on 9 March 1994

 

Ara aktar

  • Jacques Delors, President of the European Commission, addressing the constitutive Plenary Session of the European Committee of the Regions on 9 March 1994
    Jacques Delors, President of the European Commission, addressing the constitutive Plenary Session of the European Committee of the Regions on 9 March 1994
  • 30th anniversary video
    30th anniversary video
Ikkondividi :
 
Back to top