Arkivji 

Taqsimiet

Ir-rwol tas-Servizz tal-Arkivji tal-KtR

Is-Servizz tal-Arkivji tal-KtR huwa inkarigat mill-organizzazzjoni, il-protezzjoni, il-ġestjoni, id-deskrizzjoni u ż-żamma tad-dokumenti tal-Kumitat u li jipprovdihom lill-pubbliku.

Ladarba jitwasslu lis-Servizz tal-Arkivji mid-dipartimenti li joħorġuhom, l-arkivji jiġu ppakkjati mill-ġdid, skenjati u jitpoġġew fuq mikrofiches sabiex jiġu preservati fiżikament. Kull dossier jingħata deskrizzjoni, sabiex ikunu jistgħu jinħolqu strumenti ta' tfittxija (inventarji).

Żewġ kollezzjonijiet ta' arkivji

L-arkivji huma organizzati fil-Kollezzjoni tal-KtR tal-Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, magħmula mid-dossiers li jirriżultaw mill-attivitajiet speċifiċi tal-Kumitat, u l- Kollezzjoni tal-Presidenti, magħmula minn dossiers provduti mill-Kabinett tal-President fi tmiem kull mandat presidenzjali (kull sentejn bejn l-1994 u l-2010, imbagħad kull sentejn u nofs).

Id-dokumenti miż-żewġ kollezzjonijiet huma reġistrati f'konformità mal-pjani ta' klassifikazzjoni speċifiċi u jagħmlu parti minn inventarji separati.

L-aċċess għall-arkivji storiċi

B'konformità mal-liġi Ewropea dwar l-aċċess pubbliku għall-arkivji, l-Arkivji tal-Kumitat jistgħu jiġu kkonsultati liberament 30 sena wara li jinħolqu; il-konsultazzjoni tagħhom għandha tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali; kwalunkwe dokument li jkun aċċessibbli għall-pubbliku qabel ma jkunu għadda l-perjodu ta' 30 sena għandu jibqa' aċċessibbli mingħajr restrizzjoni.

Il-kamra tal-konsultazzjoni hija aċċessibbli għar-riċerkaturi b'appuntament u hija soġġetta għal standards tas-sigurtà li jinkludu l-preżentazzjoni ta' karta ta' identità. Kopji tad-dokumenti kkonsultati jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas.

Sigħat

Tnejn-Ħamis: 9 a.m. - 12.30 p.m. u 2.30 p.m. - 5 p.m.

Ġimgħa: 9 a.m. – 12.30 p.m.

Magħluqa: l-Għid (Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u l-għada tal-Għid), 1 ta' Mejju, 9 ta' Mejju, l-Axxensjoni (il-Ħamis u l-Ġimgħa), it-Tnejn wara l-Għid il-Ħamsin, 21 ta' Lulju, 15 ta' Awwissu, 1 u 2 ta' Novembru, il-ġimgħa bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena.​

Kuntatt

European Committee of the Regions, Archives service (office JDE 4253), Rue Belliard/Belliardstraat 99, 1040 Bruxelles/Brussel​
Ikkondividi :
 
Back to top