Kummissjonijiet 

Is-sitt kummissjonijiet tematiċi jwettqu l-ħidma leġiżlattiva tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li tkopri firxa wiesgħa ta' oqsma li jikkonċernaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Fil-kummissjonijiet, il-membri tal-KtR jfasslu Opinjonijiet dwar proposti u inizjattivi leġiżlattivi tal-UE, u jiddiskutu kwistjonijiet oħra rilevanti għall-ħidma ta' aktar minn miljun politiku lokali tal-Ewropa.

  • civex banner

    CIVEX

    Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza, l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni, CIVEX, kwistjonijiet kostituzzjonali, id-demokrazija, id-devoluzzjoni, is-sussidjarjetà, il-ġustizzja, il-futur tal-Ewropa, il-migrazzjoni, l-integrazzjoni, id-drittijiet fundamentali, it-tkabbir, il-viċinat, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

    Aqra aktar
  • COTER logo

    COTER

    Minbarra l-politika ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni COTER issegwi mill-qrib il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-baġit tal-UE, kif ukoll il-politika tat-trasport, l-iżvilupp territorjali, il-kooperazzjoni transfruntiera, il-ġestjoni tat-territorju u kwistjonijiet urbani.

    Aqra aktar
  • ECON logo

    ECON

    Il-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika (ECON) tikkoordina l-kontribut tal-membri tal-ECON dwar kwistjonijiet relatati mal-politika ekonomika u industrijali, bħall-politika dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku, il-politika dwar l-SMEs u l-intraprenditorija, il-governanza ekonomika u s-Semestru Ewropew, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG), is-suq intern u s-suq uniku diġitali. L-attivitajiet tagħha jinkludu wkoll il-politika ekonomika u monetarja, il-politika tat-tassazzjoni, il-kummerċ internazzjonali u d-dazji (inklużi l-kwistjonijiet b’rabta mad-WTO) u l-finanzi lokali/reġjonali.

    Aqra aktar
  • ENVE logo

    ENVE

    Il-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni f’oqsma relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jinkludu l-politiki dwar l-ambjent, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, it-tniġġis żero, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-ispazju. Il-Kummissjoni ENVE hija responsabbli wkoll għall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali u networks u pjattaformi oħra bħall-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki, l-Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR u l-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero. Fil-livell globali, il-Kummissjoni ENVE għandha rwol ewlieni fl-involviment tal-KtR fil-konferenzi tan-NU dwar it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

    Aqra aktar
  • NAT logo

    NAT

    Il-Kummissjoni NAT tiġbor flimkien aktar minn 100 sindku, kunsillier u president reġjonali u tkopri firxa wiesgħa ta’ suġġetti relatati mal-iżvilupp rurali, is-saħħa, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, il-protezzjoni ċivili, il-protezzjoni tal-konsumatur u t-turiżmu. L-Aġenda rurali għall-Ewropa u s-saħħa pubblika huma t-temi politiċi ewlenin fil-mandat attwali.

    Aqra aktar
  • SEDEC logo

    SEDEC

    The SEDEC commission is in charge of employment, social policies, education, training (including lifelong learning), sports and culture related dossiers. SEDEC is also responsible for equality, social economy and youth files, as well as research, innovation and artificial intelligence.

    Aqra aktar
Ikkondividi :
 
Back to top